Sports Internazzjonali
Ċikliżmu: il- futur tat-tim SKY mdendel

Il- futur tat- Tim taċ-ċikliżmu SKY jinsab mdendel, wara li s-sid tat-tim u sponsor ewlieni, l-istazzjon televiżiv SKY ħabbar li kien ser itemm l-involviment tiegħu fit-tim wara t-tmiem tal- istaġun 2019. It-tim kien wieħed li kiseb suċċessi kbar, tant li mill-elfejn u tnax ‘l hawn rebaħ xejn inqas minn tminn Grand Tours. Id-diriġent tat-tim Dave Brailsford fisser kif bħalissa għaddejja ħidma biex jinstab sponsor ieħor li potenzjament jista jżomm lit-tim ħaj mill- elfejn u għoxrin il-quddiem. Issokta jgħid li għalissa t-tim irid jikkoncentra fuq l-istaġun li ġej u jagħmel żgur li Team Sky ikompli jżid mal-kullana ta’ suċċessi. Team Sky kien twaqqaf lura fl-elfejn u għaxra bl-iskop li jwassal ċiklist Ingliż għar-rebħ tat- Tour de France fi żmien ħames snin. Huma rnexxielhom jiksbu l-għan li għalih twaqqfu fi żmien sentejn bir-rebħa storika ta’ Bradley Wiggins.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula Wieħed, il-Finlandiż Kimi Raikkonen bil-karozza Alfa Romeo C39 fuq quddiem bl-aħjar ħin fit-tieni jum ta’ testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barcelona bl-aktar dawra veloċi f’minuta, sbatax punt żero disgħa wieħed…

Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Olimpijadi TOKYO 2020

‘United by Emotion’ hu l-motto il-ġdid tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi għal Tokjo 2020. Dan il-motto ġie żvelat f’ċerimonja li saret dalgħodu. L-għan tal-organizzaturi hu dak li jippruvaw iwasslu messaġġ ta’ diversità…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Aktar