Tazza tad-Dinja 2018
Il-Ġappun bi 11 -il player li kienu wkoll fl-aħħar edizzjoni fil-Brażil

Il-kowċ tat-team Nazzjonali tal-Ġappun Akira Nishino għażel li jibbaża fuq l-esperejza meta ħabbar l-iskwadra finali tiegħu ta’ 23 player għat-Tazza tad-Dinja Russja 2018.

Minkejja t-telfa ta’ 2-0 kontra l-Ghana f’logħba ta’ ħbiberija dil-ġimgħa, l-kowċ Nazzjonali għażel li ma jinkludiex ħafa żgħażagħ u żamm xejn inqas minn 11 -il player fl-iskwadra li lagħbu fl-aħħar Tazza tad-Dinja ta’ erba’ snin ilu fil-Brażil. Fosthom hemm Yuto Nagatomo, Shinji Okazaki u l-captain Matoko Hasebe li kollha għandhom iktar minn 100 preżenza man-Nazzjonali il-wieħed.

Il-Ġappun se jkunu qed jilagħbu fi Grupp H mal-Polonja, s-Senegal u l-Kolumbja bl-ewwel logħba tkun kontra l-Kolombjani t-Tlieta 19 ta’ Ġunju fil-Mordovia Arena ta’ Saransk.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Aktar