Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja Russja 2018 – Il-Ġappun jissorprendu lill-Kolumbja

GRUPP Ħ

Kolumbja … 1
Ġappun …. 2

Il-Ġappun ħasdu lil Kolumbja meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 fil-ftuħ ta’ Grupp Ħ.

Vantaġġ kmieni għal Ġappun, hands fil-kaxxa ta’ Carlos Sanchez li ntwera l-karta l-ħamra u mill-ħdax-il metru l-ex attakkant ta’ Manchester United Shinji Kagawa poġġa lill-pajjiżu fil-vantaġġ.

It-tkeċċija tal-Kolumbjan Carlos Sanchez fit-tielet minuta kienet it-tieni l-aktar tkeċċija veloċi fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja wara Sergio Batista tal-Urugwaj li kien tkeċċa fl-ewwel sekondi fit-Tazza tad-Dinja Messiku elf disa mija sitta u tmenin.

Reazzjoni mmedjata għas-Sud Amerikani b’ċans tajjeb għal Falcao li jiftaħ il-kont personali tiegħu, iżda l-konklużjoni tiegħu minn posizzjoni ideali ftit qabel il-kwarta logħob kienet ċentrali, l-ebda diffikulta għall-goalkeeper Kawashima fil-lasti tal-Ġappun.

Nofs siegħa fuq l-arloġġ u reġa kien Radamel Falcao li żmarka ruħu tajjeb iżda l-konklużjoni bejn żewg difensuri Gappuniżi ma ħallietx ir-riżultat mixtieq.

Kolumbja kisbu l-goal tad-draw fid-disgħa u tletin minuta meta bi freekick dirett, fjakk fil-baxx u li għadda minn taħt il-barriera, Juan Quintero għamel l-iskor 1-1.

Minkejja l-protesti tal-players Asjatiċi l-goal line technology ma’ ħalliet l-ebda dubju dwar il-validita tal-goal – 1-1 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima loghob baqa’ maqsum sakemm il-Ġappun skurjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa fit-tlieta u sebgħin minuta meta minn korner minn fuq ix-xellug mogħti minn Takashi, ballun fuq ras Yuya Osako li mill-viċin sab ix-xibka għal skor finali fil-Mordovia Arena ta’ Saransk, quddiem ftit aktar minn erbgħin elf spettatur, Kolumbja wieħed, Ġappun tnejn.

Miktub minn...
Norma Saliba
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Mesut Ozil, il-midfielder ta’ Arsenal u tal-Ġermanja rtira mit-tim nazzjonali minħabba dak li qed isejjaħ hu stess ‘razziżmu u diżrispett’. Ozil hu ta’ oriġini Torka u kien kritikat ħafna mill-poplu…

Futbol internazzjonali

AC Milan se jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej. Dan wara li aktar kmieni llum, rebħu l-appell li kellhom quddiem il-Court of Arbitration for Sport, il-CAS, wara li kissru…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Kesla…..2 Balzan…1 (Balzan kwalifikati b’aggregate ta’ 5-3) Balzan ikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa League anki jekk tilfu bi skor ta’ 2-1 kontra Kesla fl-Ażerbajġan. Balzan…

Futbol internazzjonali

L-ex plejer ta’ Chelsea Gianfranco Zola irritorna mal-ex klabb tiegħu f’Londra bħala assistant manager ta’ Maurizio Sarri. Zola kien għamel seba’ snin jilgħab fi Stambford Bridge fejn skorja 80 gowl…

Aktar