Sports Internazzjonali
Il-Ġermaniża Sophia Floersch mistennija terġa’ ttellaq is-sena d-dieħla

Is-sewwieqa Ġermaniża ta’ Formula 3, Sophia Floersch, qalet li tirringrazzja lil Alla li baqgħet ħajja wara l-inċident gravi li kellha fil-Grand Prix ta’ Macau. It-tobba tal-isptar San Januario f’Macau qalu li Floersch għandha bżonn ftit xhur sakemm tirkupra għal kollox mill-ksur fl-irkiekel ta’ daharha, imma s’issa diġa’ għamlet passi kbar ‘il quddiem fil-konvalexxenza tagħha. Floersch qalet li din kienet l-ewwel ħabta kbira tagħha fil-Formula 3, u għalkemm damet ftit jiem mhux ħażin sakemm reġgħet ġiet f’tagħha, saħqet li hija lesta tirritorna fil-karozza malli tkun fiżikament tajba, u dan sabiex tibhda kapitlu ġdid f’ħajjitha.

It-tlielaq tal-Formula 3 twaqqfu wara l-Grand Prix ta’ Macau, u dan minħabba li l-organizzaturi jridu jagħmlu ċert li f’kull ċirkwit li jsiru t-tlielaq, il-miżuri tas-sigurtà jkunu għall-massimu tagħhom, wara li fit-18 ta’ Novembru li għadda, s-sewwieqa Floersch litteralment taret bil-karozza b’kollox u ħabtet b’saħħa eċċessiva mal-barrikati u ż-żona fejn kien hemm il-fotografi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

L-Aġenzija Nazzjonali ta’ Kontra d-Doping (WADA) irnexxielha tiġbor data importanti minn laboratorju f’Moska, u dan sabiex tkun tista’ terġa’ tagħti l-akkreditazzjoni lill-Aġenzija Russa ta’ Kontra d-Doping RUSADA). Skont il-President tal-WADA…

Motorsport

Il-Qatari Nasser Al-Attiyah rebaħ id-Dakar Rally għat-tielet darba fil-karriera tiegħu, meta rnexxielu jispiċċa 46 minuta vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika tal-karozzi, filwaqt li l-Awstraljan Toby Price rebaħ il-kategorija tal-muturi. L-għaxar u l-aħħar…

Motorsport

Nasser Al-Attiyah kważi huwa ċert 100% li ser jirbaħ l-edizzjoni tad-Dakar Rally ta’ din is-sena wara li fid-disa’ stadju, l-avversarju tiegħu Stéphane Peterhansel ra l-ħolma tiegħu ttir mar-riħ tad-deżert tal-Peru…

Formula 1

Mick Schumacher, iben il-leġġenda Michael Schumacher, ingħaqad mal-akkademja tas-sewwieqa tal-Ferrari. Mick, ta’ 19-il sena, se jibda jsuq fl-ewwel staġun tiegħu fil-Formula 2, il-kategorija qabel dik tal-Formula 1. Mick Schumacher se…

Aktar