Futbol internazzjonali
Il-Goalkeeper Franċiż Hugo Lloris jammetti li saq waqt li kien xurban f’Londra

Il-Goalkeeper internazzjonali Franċiż Hugo Lloris illum ammetta quddiem il-qorti tal-maġistrati ta’ Westminster li xhar ilu kien qed isuq taħt l-effett tal-alkaħol. Lloris kien inqabad mill-pulizija fiż-żona ta’ Baker Street f’Londra u wara li sarlu t-test dak il-ħin instab li kellu d-doppju tal-limitu stabbilit.

Hu ingħata sospensjoni tal-liċenzja għal 20 xhar u multa ta’ €56,000.

Lloris kien ingħaqad mat-team minn Londra ta’ Tottenham Hotspur fl-2012 fi transfer mingħand Olympic Lyonais.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara li l-Ħadd filgħaxija Milan spiċċaw megħluba minn Juventus fil-Giuseppe Meazza, iż-żagħżugħ Raoul Bellanova xtaq li jieħu ritratt mal-idolu tiegħu Cristiano Ronaldo. Bellanova xejn ma ddejjaq li jieħu ritratt mal-Juventin…

Futbol internazzjonali

Fid-derby ta’ Manchester il-Ħadd li għadda, kienu ħafna li tkellmu dwar kif il-maniġer Pep Guardiola beda b’seba’ plejers li xtara hu stess kemm ilu mal-klabb, filwaqt li Jose Mourinho għażel…

Futbol internazzjonali

Kienet lejla li żgur irid jinsa malajr dik tal-Ħadd li għadda, għaliex għal Gonzalo Higuain l-affarijiet ma setgħux imorru aktar ħażin milli marru. Bħalissa Higuain jinsab ma’ Milan, b’sena self…

Aktar