X

Il-Goalkeeper Franċiż Hugo Lloris jammetti li saq waqt li kien xurban f’Londra

Il-Goalkeeper internazzjonali Franċiż Hugo Lloris illum ammetta quddiem il-qorti tal-maġistrati ta’ Westminster li xhar ilu kien qed isuq taħt l-effett tal-alkaħol. Lloris kien inqabad mill-pulizija fiż-żona ta’ Baker Street f’Londra u wara li sarlu t-test dak il-ħin instab li kellu d-doppju tal-limitu stabbilit.

Hu ingħata sospensjoni tal-liċenzja għal 20 xhar u multa ta’ €56,000.

Lloris kien ingħaqad mat-team minn Londra ta’ Tottenham Hotspur fl-2012 fi transfer mingħand Olympic Lyonais.