Futbol internazzjonali
“Il-Gowl tas-Seklu” … silta ġdida Tango ddedikata lil Diego Maradona

Segwaċi tal-futbol u tat-tango ngħaqdu flimkien fi Buenos Aires, l-Arġentina, sabiex isellmu l-memorja tal-leġġenda Diego Maradona. Dan seħħ waqt it-Tazza tad-Dinja tat-Tango li bħalissa għaddejja fi Buenos Aires.

Fl-ensemble li ħadet sehem kien hemm b’kollox 20 mużiċist, fosthom il-kantant magħruf Cucuza Castiello. Għall-ewwel darba ndaqqet is-silta ‘Il-Gowl tas-Seklu’ (Goal of the Century), iddedikata speċifikament għal Maradona li tfakkar il-gowl li kien skorja kontra l-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja tal-1986.

L-Arġentina kienu rebħu t-Tazza tad-Dinja f’dik l-edizzjoni fil-Messiku, bl-istilla tat-tim ikun proprju Maradona.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA