Futbol lokali
Il-gowlkiper Henry Bonello jingħaqad uffiċjalment ma’ Ħamrun Spartans

Il-gowlkiper internazzjonali Malti Henry Bonello ingħaqad ma’ Ħamrun Spartans mingħand Valletta.

Propju d-debutt tiegħu maċ-Champions se jkun kontra l-eks tim tiegħu wara l-poloz li telgħu aktar kmieni llum.

Bonello ffirma kuntratt ta’ ħames snin mal-klabb Ħamruniż dan wara li aktar kmieni matul il-jum intlaħaq qbil bejn il-partijiet kollha konċernati.

Fil-passat Bonello lagħab diġa ma’ Sliema Wanderers, Birkirkara u Hibernians.

Miktub minn...
Rodney Vassallo