Il-Gozo Sports Awards se jsiru s-Sibt 28 ta’ Frar

Waqt Konferenza stampa ġie mħabbar li wara nuqqas ta’ 13-il sena l-Gozo Sports Board qed jorganizza l-Gozo Sports Awards.

Dan biex ikun hemm apprezzament denju u xieraq għal dawk li jaħdmu ħafna biex jaslu fejn jixtiequ u anke għal dawk li jgħinu biex iwasslu lil ħaddieħor għas-suċċess.

Kulħadd hu Champion fih innifsu għax li tirbaħ il-ħin liberu tiegħek diġa jfisser li int rebbieħ iżda l-isport hu wieħed kompettitiv ukoll u dak li jkun l-aħjar fost kulħadd jiġi ippremjat kif xieraq mill-istess sportivi.

L-isportivi stess innominaw u ivvutaw għall-aqwa atleti, nisa u rġiel, l-aktar żgħażagħ promettenti, l-aktar teams li għamlu suċċess f’Għawdex fis-sena li għaddiet u anke l-aktar uffiċċjal denju tal-unur li taha ħafna għal ħaddieħor.

Ma jfissirx li r-rebbieħ ikun ħadem aktar minn dak li ma rebaħx il-premju. Iżda bħal ma jiġri fil-ħajja xi ħadd irid ikun fost ir-rebbieħa u dak li ma rebaħx illum jiġi nstigat biex jaħdem iżjed biex darb’oħra jirbaħ hu jew hi.

Il-finali ta’ dan l-avveniment se jsir fil-Gozo Sports Complex nhar is-Sibt 28 ta’ Frar fis-7.30 p.m. taħt il-patroċinju tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo.

Finalisti

L-ISPORTIV TAS-SENA
Calleja Melvin – Gozo Sports Combat
Cauchi Marvin – Gozo Horse Racing
Debono Charlton – Athletix

L-ISPORTIVA TAS-SENA
Saliba Maria Pia – Swimming
Vella Joanne – Gymnastics
Xuereb Emma – Gozo FA

ŻAGĦŻUGĦ PROMETTENTI
Camilleri Matthew – Greyhounds
Theuma Christian – Otters
Vella Thomas – Xewkija

ŻAGĦŻUGĦA PROMETTENTI
Farrugia Maria – Gozo FA
Scicluna Estelle – Għajnsielem Red Coats
Valentine April – Gozo Sport Combat Club

TEAM TAS-SENA
GĦAJNSIELEM REDCOATS – Soft Ball
OTTERS – Waterpolo
XEWKIJA TIGERS – Football

UFFIĊJAL TAS-SENA
Debattista Louis – Greyhounds
Mifsud Micallef Mary – GHRA
Scicluna Josef – GHAJNSIELEM REDCOATS

Miktub minn...
Rodney Vassallo