Formula 1
Il-GP tal-Messiku ser jibqa’ fuq il-kalendarju għat-tliet snin li ġejjin

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn minflok 21 tellieqa ser jibda jkun hemm 22.

Skont is-Sindku ta’ Mexico City, Claudia Sheinbaum, il-ftehim il-ġdid kien ibbażat fuq mudell finanzjarju ġdid bl-użu ta’ riżorsi pubbliċi u l-biljetti ser jibqgħu bl-istess prezzijiet tal-passat. Kien fil-Grand Prix tal-Ungerija li t-timijiet qablu bejniethom li jkun hemm estensjoni sa mill-istaġun li ġej, fejn ser jiżdiedu t-tlielaq fil-Vjetnam u l-Olanda, filwaqt li ser titwaqqaf it-tellieqa tal-Ġermanja.

Il-Grand Prix tal-Messiku reġa’ rritorna fuq il-kalendarju tal-Formula 1 sa mill-2015, wara assenza ta’ 23 sena. It-tellieqa ta’ din is-sena ser issir nhar il-Ħadd 27 t’Ottubru, fejn ser issir pari ma’ dik tal-Istati Uniti f’Austin.

Żgur illi l-Grand Prix tal-Messiku hija waħda mill-aktar favoriti għall-Brittaniku Lewis Hamilton għax kemm fl-2017 u anke fl-2018 kien fuq dan iċ-ċirkwit li rnexxielu jirbaħ it-titlu tal-Formula 1.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula 1: Is-sewwieq Pollakk Robert Kubica ħabbar li fi tmiem il-kampjonat ta’ din is-sena mhux se jibqa’ jsuq mal-Williams. Kubica kien għamel ritorm fil-Formula 1 wara li tmien snin qabel…

Formula 1

Skond rapporti fil-media l-ex sewwieq tal-Formula 1 Michael Schumacher iddaħħal fi Sptar f’Pariġi dan sabiex isirlu trattament mediku sigriet. Schumacher li għalaq 50 sena fit-3 ta’ Jannar ilu ma’ jidher…

Formula 1

F1: Is-sewwieq żagħżugħ ta’ 21 sena Charles Leclerc paxxa lill-ferraristi bl-ewwel rebħa tal-kampjonat 2019 hekk kif rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju fi Spa Francochamps. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa fil-karriera għas-sewwieq…

Formula 1

Charles Leclerc ser jibda mill-pole position fil-Grand Prix t’għada fi Spa Francorchamps dan wara lil sieħbu Sebastian Vettel 0.738 sekondi li ser jibda mit-tieni post. Mit-tielet posizzjoni ser jibda l-Brittaniku…

Aktar