International Sports
Il-Gvern Ingliż iħabbar li mhu se jsir l-ebda sport fil-pajjiż qabel l-1 ta’ Ġunju

Il-Gvern Ingliż għadu kif ħabbar li mhu se jkun qed isir l-ebda sport professjonali fil-pajjiż qabel l-1 ta’ Ġunju.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-attivitajiet sportivi u kulturali fir-Renju Unit jistgħu jitkomplew mix-xahar id-dieħel. Dan qalu fid-dawl li l-kundizzjonijiet jew jibqgħu kif inhuma nkella jkomplu jitjiebu sabiex il-pajjiż ikun jista’ jidħol fit-‘tieni fażi’ tal-pandemija tal-coronavirus.

Il-Gvern ippubblika dokument gwida ta’ 50 paġna dwar kif l-Ingilterra se tkun qed tibda tirrilaxxa l-miżuri li ħadet minħabba l-COVID-19.

F’dan id-dokument hemm miktub li l-ebda attività sportiva mhu se titħalla tkompli qabel l-ewwel ġurnata ta’ Ġunju.

F’diskors li għamel fil-Parlament, il-Prim Ministru Johnson qal li l-attivitajiet sportivi jistgħu jsiru bil-bibien magħluqa u jkunu mxandra lill-pubbliku. Skont Johnson, l-isport jista’ jservi bħala ‘l-mezz li jgħolli l-moral tan-nazzjon.’

Id-dokument jgħid li l-attivitajiet tal-massa fil-pajjiż se jingħataw permess imorru lura għan-normal skont meta s-sitwazzjoni fil-pajjiż tkun aħjar.

It-tmexxija tal-Premier League bħalissa qed tiddiskuti mal-Gvern dwar meta u kif jista’ jirritorna l-kampjonat, bit-tama li l-istaġun jiġi fi tmiemu wara li kien interrot f’Marzu li għadda minħabba l-imxija tal-Covid-19. It-tama li l-futbol u l-isport kollu jirritorna kibret wara li l-Prim Ministru qal li kollox imur kif ippjanat, it-tieni fażi tibda mill-1 ta’ Ġunju.

Matul din il-ġimgħa qed jitkomplew id-diskussjonijiet bejn il-klabbs tal-Premier League dwar kif ser jitkompla dan l-istaġun. Jidher li t-tmexxija tal-Premier League trid li l-logħob isir kollu bil-bibien magħluqa u fi stadia newtrali. L-idea li l-logħob jintlagħab fi stadia newtrali żviluppat sabiex ma jkunx hemm numru ta’ partitarji li jinġabru qabel il-logħba quddiem l-istadium meta jkun ser jilgħab it-tim tagħhom.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-midfielder ta’ Everton Jean-Philippe Gbamin se jkollu jdum barra għal sitt xhur wara injury fl-għarqub. Il-plejer ta’ 24 sena mill-Kosta tal-Avorju kien iffirma ma’ Everton mingħand Mainz għas-somma ta’ kważi…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Iskozja se tkun qed tikteb lill-Gvern Skoċċiż fis-sigħat li ġejjin u titolbu biex l-istaġun il-ġdid jibda fl-1 ta’ Awwissu. Il-Ministru tal-Isport fl-Iskozja, Joe Fitzpatrick, se jkun qed jiltaqa’…

Futbol internazzjonali

Sid il-klabb ta’ Brescia, Massimo Cellino, qal li għamel żball li fis-sajf li għadda ġab lil Mario Balotelli mat-tim tiegħu. Balotelli, ta’ 29 sena, skurja ħames gowls ma’ Brescia f’dan…

Futbol internazzjonali

Id-29 ta’ Mejju 1985. Ġurnata sewda għall-futbol Ewropew meta 39 persuna tilfu ħajjithom waqt il-finali tat-Tazza Ewropea. Fl-Istadium ta’ Heysel fi Brussell, dik li kellha tkun festa ta’ futbol inbidlet…

Aktar