Local Sports
Il-Gvern iniedi Sejħa għal skema ta’ Boroż ta’ Studju fil-qasam sportiv

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Dr Stefan Zrinzo Azzopardi niedew Sejħa għall-Għotjiet ta’ Boroż ta’ Studju għall-2020 bl-intenzjoni li jkompli jitkabbar l-investiment fl-Atleti Maltin li huma involuti fl-organizzazzjoni u l-immaniġjar ta’ inizjattivi sportivi.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-Gvern qed jaħdem b’mod konsistenti għall-promozzjoni tal-isport bħala professjoni u dixxiplina f’Malta. Tant hu hekk li, bejn l-2013 u l-2020, il-gvern qassam total ta’ madwar €850,000 f’boroż ta’ studju fil-qasam sportiv.

Is-Segretarju Parlamentari Grima kompla jgħid li permezz ta’ dawn il-boroż ta’ studju, il-gvern, qiegħed ikompli jinkoraġġixxi l-iżvilupp professjonali ta’ dawk kollha nvoluti fl-isport u fl-immaniġjar tal-qasam sportiv.

Barra minn hekk, qed ikomplu jiżdiedu il-persuni li jaħdmu fil-qasam sportiv u b’hekk qed tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura sportiva f’pajjiżna.

Qed isir investiment ta’ €130,000 għall-Iskema tal-Isports. L-isports se jkun qed jittieħed fil-livell professjonali u jippromwovi l-iżvilupp ta’ atleti bi prestazzjoni għolja li eventwalment se jirrappreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet internazzjonali.

Iż-żieda fl-istatus tal-isport f’Malta mhux biss twassal għal rikonoxximent internazzjonali usa’ b’benefiċċji ekonomiċi pożittivi għall-industrija tat-turiżmu iżda se tinkoraġġixxi wkoll l-prattika regolari tal-isport u l-attività fiżika madwar il-pajjiż li tirriżulta f’titjib ġenerali fis-saħħa u l-benesseri tal-popolazzjoni kollha kemm hi.

Mill-2013 il-Gvern qassam total ta’ madwar €850,000 li jiffukaw fuq studji u taħriġ professjonali lokalment jew barra minn xtutna.

L-assistenza pprovduta kkontribwiet kemm għal studji akkademiċi kif ukoll għal aktar taħriġ professjonali inkluż PhDs fil-mediċina sportiva, psikoloġija sportiva, korsijiet tal-immaniġjar fil-qasam sportiv, korsijiet ta’ kowċing u taħriġ sportiv f’diversi dixxipplini inkluż badminton, waterpolo u weightlifting.

Apparti l-Iskema tal-isport ġew imnedija wkoll 4 boroż ta’ studju oħra; l-Endeavour, l-Edukazzjoni Terzjarja (TESS), l-Arti ta’ Malta u skema ta’ Scholarship ġdida dwar Studji Veterinarji. Dan kollu jammonta għal €2.3 miljun.

Applikanti u partijiet interessati jistgħu isegwu r-regolamenti għal dawn l-iskemi onlajn fuq myscholarship.gov.mt.

L-applikazzjonijiet se jkunu miftuħa mit-Tnejn 13 ta’ Lulju.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Virtual Sports

Keith Camilleri ta ‘V-Rig KC Racing Esports fuq karozza numru 44, spiċċa fit-2 post fil-Kampjonat Taljan F3 Esport li sar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju fiċ-ċirkwit ta’ Imola. Il-programm kien jikkonsisti…

Table Tennis

Aħbarijiet xokkanti mid-dinja ta’ dan l-isport hekk kif il-plejer Niġerjana Funke Oshonaike, li rrapreżentat lil pajjiżha fl-Olimpjadi għal sitt darbiet, żvelat li meta kienet għadha tifla, kienet tifla żgħira, qabel…

eSports

Is-sewwieq Brandon Bonello rebaħ it-tielet tellieqa uffiċjali ta’ Gran Turismo Sport organizzata lokalment minn World Pro Racing flimkien mal-Malta Motorsport Federation. Tmien sewwieqa ħadu sehem fit-tellieqa fuq  15-il daqwra fiċ-ċirkwit…

Aktar