Regatta
Il-gvern jgħaddi maħżen numru tlieta lil Senglea Regatta Club

Fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima, il-gvern, permezz ta’ SportMalta, iffirma kuntratt li bih ġiet trasferita l-art li fuqha hemm maħżen numru 3 fi Triq it-Tarzna, l-Isla, lil Senglea Regatta Club.

Is-Segretarju Parlamentari Grima spjega li permezz ta’ dan it-trasferiment Senglea Regatta Club se jkollhom maħżen fejn jistgħu jerfgħu d-dgħajjes tagħhom. Huwa qal li dan il-gvern irid irawwem u jsaħħaħ il-kultura sportiva sa minn etajiet bikrija.

Dr Luciano Busuttil, Chairman ta’ SportMalta, fakkar li dan il-proċess ta’ għotja ta’ artijiet jagħti spinta lill-għaqdiet sportivi biex ikomplu jikbru u jattiraw aktar żgħażagħ u tfal lejn l-isport.

Il-President ta’ Senglea Regatta Club Charmaine Gerada ddeskriviet dan l-avveniment bħala ħolma li saret realtà u li permezz tagħha qed iħarsu ‘l quddiem biex bħala klabb ikomplu joffru t-taħriġ neċessarju bl-aħjar mod iżjed u iżjed issa li din l-art ġiet trasferita lilhom.

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League