
Futbol internazzjonali
Il-Gvern Taljan se jħalli lill-partitarji jiddaħħlu fi Stadio Olimpico ta’ Ruma għall-partiti tal-EURO 2020
Il-Gvern Taljan iddeċieda li se jkun qed iħalli lill-partitarji jiddaħlu fi Stadio Olimpico għall-partiti tal-EURO 2020.
L-aħbar ikkonfermawha wkoll l-FIGC.
L-Italja se tkun qed tilgħab kontra t-Turkija fl-ewwel partita f’Ruma fil-11 ta’ Ġunju li ġej.
Stadio Olimpico se jkun qed jilqa’ fih ukoll żewġ partiti oħra mill-fażi tal-gruppi u partita mill-kwarti tal-finali.
Il-UEFA kienet talbet lit-12-il pajjiż li fihom se jsiru l-partiti biex iħejju pjan għad-dħul lura fl-istadia tal-partitarji.