Olimpijadi TOKYO 2020
Il-Gvernatur ta’ Tokjo jrid stadia bil-partitarji għall-Olimpjadi

Il-Gvernatur ta’ Tokjo Yuriko Koike qal li l-isbaħ xenarju għal-Logħob Olimpiku tas-sajf li ġej hu li l-venues ikunu mimlijin bil-partitarji.

FIl-preżent, l-organizzaturi qed iħejju l-pjani kollha possibbli f’każ li l-pandemija tal-COVID-19 tkun għadha b’saħħitha kif inhi bħalissa.

L-organizzaturi flimkien mal-Gvern Ġappuniż għad iridu jiddeċiedu jekk jitħallewx jidħlu l-partitarji għal-Logħob u jekk jitħallew jidħlu sa liema limiti.

Id-deċiżjoni finali dwar l-ispettaturi se tittieħed qabel is-sajf.

Miktub minn...
TVM Sport