Olimpijadi TOKYO 2020
Il-Gvernatur tal-Ġappun jgħid li r-relay bit-torċa Olimpika għandha tiġi kkunsidrata ssirx minħabba l-pandemija tal-coronavirus

Il-Gvernatur tal-Ġappun qal li r-relay bit-torċa Olimpika għandha terġa tiġi kkunsidrata minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Din hi l-aħħar minn sensiela ta’ kontroversji li qamu fl-aħħar jiem dwar dawn il-Logħob.

Il-Gvernatur Tatsuya Maruyama qal li f’laqgħat interni li kellu, hu kien wieħed minn dawk li oppona li jsiru dawn il-Logħob.

Maruyama qal li jekk kollox se jkun qed isir kif pjanat, hemm diversi kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bniedem li wieħed irid jieħu ħsieb, fosthom il-vjaġġ tat-torċa li tgħaddi minn ħafna jdejn differenti.

It-torċa olimpika hi skedata li titlaq minn Fukushima fil-Ġappun fil-25 ta’ Marzu li ġej u se tivvjaġġa f’47 belt differenti f’121 ġurnata.

 

Miktub minn...
TVM Sport