Il-Ħadd issir it-Tazza l-Kbira

Nhar il-Ħadd li ġej isir l-akbar programm ta’ l-istaġun meta jingħata bidu għal kampjonat li minnu joħroġ r-rebbieħ ta’ l-aqwa unur fit-tiġrijiet tat-trott lokali – It-Tazza l-Kbira.

Din is-sena 68 żiemel inkitbu sabiex jiġru f’dan il-kampjonat u għad-differenza ta’ dawn l-aħħar staġuni huma kollha ġejjin mill-klassi Premier. Matul l-aħħar tas-sena l-oħra kif ukoll il-bidu ta’ din is-sena s-sidien Maltin xtraw ħafna żwiemel ta’ klassi ogħlja u l-qabża fil-kwalita qed tiġi riflessa fit-tiġrijiet ta’ l-ogħla kategorija. Fost dawk li ħa jiġru nhar il-Ħadd hemm 8 debuttanti kif ukoll żwiemel li diġa naqqxu reputazzjoni lokalment bħar-rebbieħ tat-Tazza l-Kbira tas-sena l-oħra Cloria Victis, ir-rebbieħ tat-Tazza tal-President tas-sena l-oħra Pedro Vici u r-rebbieh tat-Tazza l-Kbira 2013 Nabab du Chatelet. Hemm ukoll l-aktar żewġ t’iżwiemel veloċi ta’ Malta – Orcas Bac u Prieure it-tnejn li huma għandhom fidhom ir-rekords tad-distanzi 1640m u 2140m.

Iż-żwiemel l-oħra bejniethom rebħu ħafna tiġrijiet u anke unuri li mpossibli jissemmew kollha. Dan kollu jixhed li għal darb’oħra t-Tazza l-Kbira ser toffri dak l-ispettaklu li kulħadd ikun qed jistenna. Wara kollox dan huwa l-unur li kull sid u ġerrej jaspira li jnaqqax ismu fuqu meta jkollu żiemel ta’ l-ogħla kategorija.

Dawk l-24 żiemel li ser jikkwalifikaw mill-programm tal-Ħadd jiġru f’żewġ semi finali li jsiru nhar Ħadd il-Għid il-5 t’April bil-finali ta’ tnax il-żiemel issir ħmistax wara l-Ħadd 19 t’April.

Il-programm tal-Ħadd jibda fis-13:30 u l-heats tat-Tazza l-Kbira jibdew fis-2:25 pm. Id-distanza ta’ dan il-Kampjonat hija bħas-soltu 2640m.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Żwiemel

Is-Sibt filgħaxija iż-żagħżugħ Jason Zahra ħa sehem fit-tazza Ewropeja tal-Amateurs fil-Korsa ta’ Vincennes Pariġi. Ħadu sehem ħmistax-il sewwieq minn pajjiżi differenti wara li kien hemm żiemel skraċċjat. Għal Zahra din…

Żwiemel

Nhar is-Sibt wara nofsinhar is-sewwieq iż-żagħżugħ Jason Zahra se jkun qed jagħmel id-debutt internazzjonali tiegħu hekk kif se jkun wieħed mis-sittax il-parteċipant fit-Tazza ta’ l-Amateurs fil-Korsa ta’ Vincennes Pariġi. Zahra…

Żwiemel

Is-Sibt filagħxija Julian Farrugia rrapreżenta lil pajjiżna fil-Prix de Rencontres Internationales li għall-ewwel darba saru f’ Hippodrome de Wallonie f’Mons il-Belgju. Farrugia spiċċa fit-tielet post biex b’hekk kiseb post fuq…

Żwiemel

Nhar is-Sibt li ġej is-sewwieq Julian Farrugia se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Prix de Rencontres Internationales li għall-ewwel darba se tkun qed issir fil-korsa ta’ Wallonie Mons il-Belġju. Din…

Aktar