Motorsport
Il-Ħadd jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2017/18

Nhar il-Hadd 12 ta’ Novembru 2017 jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2017/2018. Għaldarba oħra  l-istaġun ser ikun mifrux fuq sitt attivitajiet fejn ħames tiġrijiet isiru f’Malta u waħda issir f’Għawdex. Dan l-istaġun ser jerġa’ jkun issapportjat ukoll min diversi sidien tal-barrieri madwar Malta u Għawdex li jippermettu li tinbidel l-attivita’ fil-Barriera u tkun tista’ ssir l-attivita’ bil-Muturi Enduro. L-ewwel attivita’ ser issir fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’Qali u l-programm jibda 10:00 ta filgħodu.

Id-Ditta Dunlop ser tkun qed terġa’ tagħti Tyre Dunlop lill kull rebbieħ Overall għal kull attivita’ matul dan l-istaġun. Xi ħaġa ġdida li ser inkunu qed naraw matul dan l-istaġun hija klassi ġdida biex kullħadd ikollu ċans jirbaħ u jikklassifika fil-klassifika finali. Fil-ħinijiet tat-tiġrijiet sar ukoll avvanz ieħor. L-ASMK f’dan li staġun investit f’apparat fejn il-ħinijiet kollha tal-muturi ser jittieħdu bis-sistema professjonali MYLAPS u sa tintua fl-isport kollu tal-ASMK. Dan sar possibbli Grazzi għal Good Causes Fund u l-Kumitat Olimpiku Malti li għamluha  possibli lill-Assocjazzjoni biex tixtri din is-sistema.

Intant nhar il-Ħadd li għadda infetah l-istaġun tal-Karozzi Autocross fejn ġiet organizzata l-ewwel attivita’ mill-ASMK Pasta Poiatti tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2017/2018. Għall-ewwel attivita’ rreġistraw 20 karozza maqsuma f’żewg klassijiet.

Harsa lejn il-gurnata fejn fil-klassi Modified rajna lill Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u lil Gordon Johnson fuq Opel Corsa jiddominaw il-Heats tal-gurnata tant li rnexielhom jakkwistaw l-ghola puntegg tal-gurnata liema hin hin irregistrat bis-sistema il-gdid li min ikollu l-iktar punti ghall Finali jaghzel il-post fil-finali Klassi A. Ma Grech u Johnson ikkwalifikaw ukoll Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Noel Zammit fuq Fiat Punto.

Ma tluq ta din il-finali rajna hrug tajjeb min Farrugia segwiet min Grech u Johnson. Wara t-tieni dawra Johnson ghamel uzu mill-Joker Lap u irnexielu jibqa jzomm postu fil-waqt li wara it-tielet dawra Grech ghamel uzu mill-Joker Lap u spicca jillidja l-finali quddiem Johnson u Farrugia. Grech iddefenda postu sal-ahhar biex spicca rebah l-ewwel attivita segwit minn Johnson u Zammit. Fir-raba post spicca Micallef segwit minn Farrugia fil-hames post. Fis-sitt post dahal Camilleri wara li rtira iktar kmieni matul il-finali.

Fil-Finali Autocross Modified Klassi B ikkwalifikaw Keith Borg fuq Vauxhall Nova, Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift, Melo Zammit fuq Opel Corsa u Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205. Mat-tluq ta din il-finali rajna hrug tajjeb min Scicluna u Birmingham b’Scicluna jmur fuq quddiem segiwet min Birmingham u Borg. Ma l-ewwel dawra rajna lill Scicluna u Zammit juzaw il-Joker Lap b’Scicluna jkompli jiddefendi posthu. Matul it-tieni dawra rajna lill Birmingham u Borg juzaw il-Joker Lap fejn Birmingham ftit wara kellu jirtira minhabba hsara teknika. Mieghu irtira wkoll Zammit ukoll minhabba hsara teknika fil-magna. Intant, ir-rizultat finali juri lill Scicluna jirbah il-Finali klassi B segwit minn Borg u Vassallo. Fir-raba post spicca Zammit segwit minn Birmingham.

Ghal l-ewwel finali tal-istagun fl-Autocross Standard rajna lill Deane Farrugia fuq Citroen jirbah il-Heats kollha tal-gunrata biex issigilla postu fil-finali tal-gurnata. Mieghu kkwalifikaw Nicovich Chircop fuq Peugeot 106, Kyle Agius fuq Renault 5, Joseph Spiteri fuq Opel Corsa, Alex Fenech u Quinn Camilleri it-tnejn fuq Peugeot 106. Mat-tluq ta din il-finali rajna lil Farrugia u l-Agius li mill-ewwel okkupaw l-ewwel zewg pozizjonijiet segwiti minn Chircop u Spiteri. Matul l-ewwel dawra Spiteri, Agius u Farrugia uzaw il-Joker Lap fejn Farrugia kompla jillidja l-finali segwit minn Chircop u Agius li baqghu jiddefendu l-post taghhom sal-ahhar bir-rizultat finali spicca b’Farrugia jirbah l-ewwel tigirja f’dan l-istagun segwit minn Chircop u Agius fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. fir-raba spicca Spiteri segwit minn Fenech u Camilleri li ghalqu l-finali fil-hames u sitt post rispettivament.

Intant fis-Sqallija matul il-gurnata tal-Hadd l-ahwa Camilleri Clayton u Kyle hadu sehem fil-Kampjonat Motocross tal-Federazzjoni Taljana FMI bil-muturi Motocross. Dawn iz-zewg riders ahwa saqu din it-tigrija fi Trapani. Clayton ikkompeta fil-Klassi MX1 (Over 21) fuq mutur KTM 450cc waqt li Kyle ikkompeta fil-Klassi MX2 (Under 21) fuq mutur KTM 250cc. L-ahwa Camilleri it-tnejn telghu fuq il-Podju ghax rebhu it-Tieni post kull wiehed fil-klassi rispettiva. Fi 19 ta Novembru 2017 l-ahwa Camilleri sa jerghu jikkompeti fil-korsa l-ahhar tigrija ta li-stagun FMI fil-korsa ta Agrigento.

Miktub minn...
TVM Sport
.