Motorsport
Il-ħames rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb għall-Ħadd li ġej

Nhar il-Ħadd 14 ta’ Novembru, Island Car Club ser  jorganizza l-ħames rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali ta’ Hillclimb Transport Malta England Insurance. L-attività ser issir fit-triq li twassal għall-bajja tal-Ġnejna, limiti tar-Rabat.

B’kollox inkitbu madwar 70 karozza biex jikkompetu fid-diversi klassijiet.

Wara l-ewwel erba’ rawnds tal-Kampjonat, l-aħwa Keith u Kurt Camilleri rebħu 2 rawnds kull wieħed, u għalhekk wieħed mill-aħwa jista’ jakkwista vantaġġ fuq l-ieħor. Keith Camilleri huwa ċ-champion attwali, għalhekk se jkun qed jagħmel dak kollu possibbli biex jiddefendi t-titlu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA