Sparar
Il-Ħamis jingħata bidu għat-Tazza tad-Dinja tal-isparar

Fir-Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja l-Erbgħa filgħodu saru l-ewwel sessjonijiet liberi ta’ taħriġ tal-kompetizzjoni Skeet hekk kif diversi tiraturi barranin kellhom l-ewwel opportunita’ li jisparaw f’dawn ir-Ranges il-ġodda f’pajjiżna.

Din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li bħala l-ISSF torganizza erba’ matul is-sena tibda l-Ħamis fit-8.30am bil-kompetizzjoni Skeet tan-Nisa.

Se jkunu xejn inqas minn 70 tiratriċi li se jippruvaw jikkwalifikaw għall-finali bis-sessjonijiet ta’ kwalifikazzzjoni jibqgħu għaddejja sas-sitta ta’ filgħaxija. Il-Federazzjoni Maltija tal-Isparar mhux se jkollha kompetitiċi fl-Iskeet iżda Malta se tkun qedgħa rrapreżentata mit-tiratriċi Mikaela Galea fid-dixxiplina tat-Trap fejn din tidħol fl-azzjoni nhar it-Tnejn filgħodu.

Apparti Galea l-Federazzjoni Maltija se tkun qed tikkompeti b’għaxar tiraturi oħra kollha rġiel ħamsa fl-Iskett u ħamsa fit-Trap dawn huma:

Marcello Attard , Marlon Attard, Jason Sciberras , Darren Vella , Bozhidar Dimitrov kollha fl-Iskeet u

Nazzareno Attard , Mario Buhagiar , Gianluca Chetcuti , Chetcuti William , Brian Galea kollha fit-Trap.

TVM2 se jkun qed ixandar is-sessjonijiet ta’ kwalifikazzjoni li fihom se jikkompetu t-tiraturi Maltin bi prominenza kif ukoll il-finali kollha.

L-ewwel trażmissjoni fuq TVM2 hi skedata għall-Ġimgħa fit-8am.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: Diversi tiraturi Maltin ħadu sehem fil-kampjonati ewropej tal-isparar li saru fix-Shooting Park ta’ Leoberdorf fl-Awstrija. Mikaela Galea li ħadet sehem fit-trap tan-nisa fil-kwalifikazzjoni laqtet total ta’ 96 plattina minn…

Sparar

Sparar: It-Tiratur Angelo Ciappara rebaħ il-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni Para Trap fil-kompetizzjoni Fatima Bint Mubarak Emirates Green Cup f’Todi l-Italja. Ciappara laqat total ta’ 103 minn 125 plattina. Din kienet l-ewwel…

Sparar

It-tiratriċi Maltija Eleonor Bezzina spiċċat fis-7 post fil-finali tal-Logħob tal-Mediterran. Fit-10M Air Pistol, Bezzina kwalifikat għall-finali bi skor ta’ 560. Fil-finali kienet l-Eġizzjana Anna Korakki li ħarġet rebbieħa u rebħet…

Sparar

DIRETT: Tazza tad-Dinja tal-Isparar ISSF 2018 Tkompli t-Tazza tad-Dinja tal-Isparar f'Malta Jidħlu fl-azzjoni William Chetcuti, Brian Galea, Mario Buhagiar, Żaren Attard u Gianluca Chetcuti fit-Trap Geplaatst door Television Malta op…

Aktar