
Ibburdjar
Il-jott Elusive 2 jirbaħ il-Yachting Malta Coastal Race
Ilbieraħ saret il-Yachting Malta Coastal Race, tellieqa li ssir ta’ kull sena qabel ir-Rolex Middle Sea Race li tibda nhar is-Sibt li ġej. Il-flotta kellha kundizzjonijiet ta’ tbaħħir mill-aqwa f’distanza ta’ madwar 30 mili nawtiċi li bdiet mill-Port ta’ Marsamxett madwar il-gżira ta’ Kemmuna u lura għal Marsamxett.
Il-jott Elusive 2 rebaħ it-tellieqa ta’ din is-sena, l-istess jott li rebaħ l-edizzjoni tas-sena l-oħra tar-Rolex Midde Sea Race.
Il-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race hija skedata li tibda fil-11:00 nhar is-Sibt li ġej b’xandira diretta fuq TVM2 mill-10:30 ‘il quddiem.