Ibburdjar MiddleSea
Il-jottijiet Maltin jaslu lura kollha

Waslu lura Malta l-aħħar żewġ jottijiet Maltin li kienu qed ibaħħru waqt ir-Rolex Middle Sea Race 2021. Il-jott JYS Jarhead tal-Jarhead Young Sailors qasam il-linja finali li aktar kmieni dalgħodu kienet imressqa għall-fliegu ta’ Kemmuna. Warajh daħal ukoll il-jott Janissah ta’ Mario Debono.

B’kollox fadal sitt jottijiet oħra x’jaslu f’pajjiżna u b’hekk tiġi fi tmiemha t-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA