Futbol internazzjonali
“Il-kampjonat għandu jiġi null jekk ma jitkomplix sal-aħħar ta’ Ġunju” – Harry Kane

Il-captain ta’ Tottenham u tal-Ingilterra Harry Kane qal li l-Premier League Ingliż għandu jiġi null jekk ma jitkomplix sal-aħħar ta’ Ġunju.

Il-futbol kollu fl-Ingilterra jinsab wieqaf minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Kane qal li jinsab ċert li l-uffiċjali tal-Premier League se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jitkompla l-kampjonat iżda qal li jrid ikun hemm data li fiha tittieħed id-deċiżjoni finali u li għalih din għandha tkun it-30 ta’ Ġunju.

B’din id-dikjarazzjoni, Kane qed jaqbel u jappoġġja l-ħsieb tal-President tal-UEFA Aleksander Ceferin li qal li jekk il-partiti ma jitkomplewx, l-istaġun ikun mitluf għal kulħadd.

Miktub minn...
TVM Sport