Futbol internazzjonali
Il-Kampjonat Premier Ingliż ser jirritorna fis-17 ta’ Ġunju

Il-Kampjonat Premier Ingliż ser jirritorna fis-17 ta’ Ġunju wara li l-amministrazzjoni tal-Premier League ltaqgħet mal-20 klabb tal-ogħla diviżjoni fl-Ingilterra.

Il-kampjonat mistenni jirritorna matul il-ġurnata tal-Erbgħa, bil-logħbiet Aston Villa – Sheffield United u Manchester City – Arsenal, bl-erba’ timijiet kollha għandhom logħba inqas mill-oħrajn.

Programm sħiħ tal-Kampjonat Premier Ingliż jintlagħab fi tmiem il-ġimgħa bejn id-19 u l-21 ta’ Ġunju, bil-logħob kollu ser isir fi stadiums vojta.

Il-logħob kollu li fadal, 92 logħba, ser jintwerew diretti permezz ta’ Sky Sports, BT Sport, BBC Sport u Amazon Prime, u ħamsa u għoxrin logħba minnhom ser jintwerew bla ħlas. Minħabba li l-logħob kollu ser jintwera fuq it-televixin, kien imħabbar li dan mhux ser jintlagħab kollu fil-ħinijiet li konna imdorrijin bihom.

Il-Kampjonat Premier League ilu sospiż mit-13 ta’ Marzu minħabba l-imxija tal-Covid-19, sakemm fl-aħħar jiem it-timijiet irritornaw għat-taħriġ u issa ser jibda t-taħriġ komplut għal kull klabb.

Liverpool jinsabu fil-quċċata tal-klassifika u l-istennija għad-19-il titlu kellha tistenna wara li l-kampjonat kien sospiż f’Marzu li għadda. Ir-Reds jinsabu 25 punt fuq l-eqreb rivali Manchester City u żewġ rebħiet huma biżżejjed biex Liverpool jirbħu kampjonat wara 30 sena stennija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Celta Vigo 1   Atlético Madrid 1 Celta Vigo ħadu punt importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni meta laqgħu għandom lil Atlético Madrid u żammewhom fi draw ta’ 1-1. Għal Madrileni kważi hemm…

Futbol internazzjonali

Milan 4   Juventus 2 Tliet gowls f’temp ta’ ħames minuti fit-tieni taqsima dawru l-logħba favur Milan meta f’San Siro għelbu lil Juventus 4-2. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien għadu…

Futbol internazzjonali

Crystal Palace 2   Chelsea 3 Chelsea qabżu fit-tielet post tal-klassifika meta marru għandy Crystal Palace u ħarġu bit-tliet punti f’idejhom b’rebħa ta’ 3-2. Il-Blues fetħu żewġ gowls vantaġġ sal-ewwel nofs…

Futbol internazzjonali

Xavi Hernandez ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Al-Sadd fil-Qatar għal sena oħra. L-aħbar għamluha uffiċjali l-klabb stess wara spekulazzjoni li l-plejer seta’ rritorna mal-ex klabb tiegħu Barcelona bħala membru fl-istaff tekniku….

Aktar