Futsal
Il-kampjonat tal-futsal se jkompli fis-16 ta’ Ġunju

Futsal: Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futsal avżat li l-kampjonat nazzjonali se jkompli fis-16 ta’ Ġunju li ġej.

Il-klabbs kollha tal-FMA qablu li l-kampjonat għandu jitkompla minn din id-data.

B’din id-deċiżjoni, l-FMA qalet li ċ-champions tal-futsal Malti se jkunu magħrufa sal-aħħar ta’ Ġunju.

B’hekk il-klabb li jirbaħ it-tielu jkun għadu fil-ħin li jipparteċipa fil-UEFA futsal Champions League.

Miktub minn...
TVM Sport