Atletika
Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika jilħqu l-qofol fi tmiem il-ġimgħa

L-istaġun tal-atletika Maltija, aktarx wieħed mill-itwal u l-aktar iebes fl-istorja riċenti, se jilħaq l-qofol tiegħu fi tmiem il-ġimgħa bil-Kampjonati Nazzjonali Cavalieri Art Hotel għas-sena 2020, organizzati mill-Malta Amateur Athletics Association. B’kollox ser isiru 34 avveniment, b’uħud mill-aqwa atleti f’pajjiżna jfittxu li jniżżlu isimhom fil-kotba tal-istorja billi jiksru rekords nazzjonali jew tal-kategoriji differenti.

Fid-dawl tal-aħħar żviluppi marbuta mal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna, u wara l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tas-saħħa, l-MAAA ħadet id-deċiżjoni responsabbli li torganizza dan l-avveniment bil-bibien magħluqa. Madankollu, l-Assoċjazzjoni se tkun qed tipprovdi streaming dirett ta’ dan l-avveniment biex jitgawda minn dawk kollha li jħobbu l-atletika.

Il-Kampjonat Nazzjonali Cavalieri Art Hotel qiegħed isir bejn illum u nhar il-Ħadd li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA