Futbol internazzjonali
Il-każ Emiliano Sala: L-Avukat tal-familja jitlob li jittella’ l-ajruplan minn qiegħ il-baħar

L-Avukat tal-familja tal-plejer Emiliano Sala talab li jittella’ l-ajruplan li ġġarraff u jinsab f’qiegħ il-baħar u li fih tilef ħajtu l-ex plejer ta’ Nantes u l-kaptan li kien qed isuq.

L-ajruplan jinsab fil-kanal bejn l-Ingilterra u Franza.

Id-demm ta’ Sala wera li kellu livell għoli ta’ carbon monoxide li kien ġej mill-ajruplan u esperti qegħdin jaħsbu li minkejja li l-pilota baqa’ ma nstabx, kellu l-istess problema ta’ Sala.

Sala ta’ 28 sena kien jivjaġġa minn Franza għal Wales wara li kien għadu kemm inxtara mill-klabb ta’ Cardiff meta l-ajruplan Piper Malibu li kien fuqu ġġarraff u nstab ġimgħatejn wara.

L-Avukat tal-familja Sala qal li kif jittella’ l-ajruplan ikollhom aktar stampa ċara ta’ x’seta’ wassal għal dan l-inċident.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Porto Moussa Marega ħalla l-grawnd bi protesta wara korijiet razzisti fil-konfront tiegħu waqt il-logħba bejn Vitoria Guimaraes u Porto. L-attakkant ta’ 28 sena mill-Mali rnexxilu jiskorja t-tieni gowl…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Herry Gregg, l-ex gowlkiper Irlandiż ta’ Manchester United. Gregg baqa’ jissemma bħala wieħed mill-eroj tat-traġedja tal-ajru ta’ Munich li fiha kien involut it-tim ta’ Manchester United, lura…

Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Aktar