Waterpolo
Il-każi ta’ Covid-19 fl-iskwadra tal-waterpolo ta’ San Ġiljan: Tweġiba minn San Ġiljan ASC

Il-club tal-waterpolo ta’ San Ġiljan qal fi stqarrija li rapport ippubblikat minn tvm.com.mt/sport dwar każi ta’ Covid-19 fost players tal-club, ta l-impressjoni li huwa sejjaħ żbaljata li l-każi rriżultaw minn attività soċjali li attendew il-players.

Il-club sostna li dejjem kien minn ta’ quddiem biex jieħu miżuri serji u responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà tal-players u l-istaff tiegħu.

Il-president ta’ San Ġiljan ASC Peter Bonavia min-naħa tiegħu ċaħad kategorikament li huwa kien infurmat minn qabel li se ssir l-attività msemmija.

Il-club fl-istqarrija awgura fejqan ta’ malajr lill-players li ħarġu pożittivi għall-Covid-19 u lil kull min qed jiġġieled dan il-virus.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.