Futbol internazzjonali
Il-klabb Spanjol Fuenlabrada jikkonfermaw 12-il każ ġdid ta’ coronavirus

Il-klabb tat-tieni diviżjoni fi Spanja, Fuenlabrada, ikkonfermaw 12-il każ pożittiv ġdid ta’ COVID-19 fil-klabb tagħhom.

It-total ta’ persuni nfettati f’dan il-klabb issa tela’ għal 28.

Il-Liga Spanjola pposponiet l-aħħar partita tal-kampjonat li Fuenlabrada kellhom jilagħbu t-Tnejn li ġej kontra Deportivo La Coruna.

Il-klabb ikkonferma 12-il każ ġdida li tmienja minnhom instabu fl-iskwadra f’Coruna u erba’ oħra nstabu f’Madrid fl-istaff fejn hemm il-bini tal-klabb.

Il-klabb ikkonferma li kellu plejer li ttieħed fl-isptar iżda l-kundizzjonijiet tiegħu kienu deskritti bħala stabbli.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Aktar