Futbol lokali
Il-klabbs tal-Premier iridu risposta sa din il-ġimgħa dwar jekk hux se jitkompla l-kampjonat

Il-klabbs tal-kampjonat BOV Premier bagħtu ittra lill-Malta Football Association fejn talbu biex ikunu jafu din il-ġimgħa x’se jiġri mill-Kampjonat, u biex jekk hu possibbli l-kampjonat jiġi tterminat.

Il-pożizzjoni qablu magħha l-għaxar klabbs tal-Premier li jridu l-kampjonat jitwaqqaf, wara laqgħa virtwali tal-Premier Division Standing Committee tard ilbieraħ wara nofsinhar.

Valletta, Birkirkara u Gżira United baqgħu jżommu mal-pożizzjoni tagħhom li l-kampjonat jitkompla, waqt li Floriana reġgħu astjenew.

Il-clubs fl-ittra qalu li jekk deċiżjoni jitkompliex jew le l-kampjonat ma titteħidx sal-10 ta’ Mejju: il-Ħadd li ġej: mhux se jkun possibbli li l-players barranin jieħdu t-titjiriet ta’ ripatrijazzjoni lura pajjiżhom: għalhekk id-data tal-25 ta’ Mejju, sa meta l-MFA għandha tiddeċiedi, hi tard wisq.

Il-clubs favur li l-kampjonat jitwaqqaf qed jargumentaw li ma jafux għandhomx iżommu l-players barranin hawn u jibqgħu jħallsuhom: jew jibagħtuhomx u mbagħad jekk il-kampjonat jitkompla, ikollhom iġibuhom lura b’aktar spejjeż jew jilagħbu mingħajrhom.

TVMSport jista’ jikkonferma li Bjorn Vassallo, President tal-MFA, irċieva din l-ittra lbieraħ filgħaxija stess: u li l-ittra se tiġi diskussa internament illejla fil-bureau tal-MFA.

L-aħħar kampjonat li twaqqaf kien ilbieraħ fil-Lussemburgu. Id-deċiżjoni finali kienet li t-titlu ma jingħatax u l-ebda tim ma jiġi relegat bit-timijiet tal-ewwel postijiet skont il-klassifika preżenti li se jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet Ewropej staġun ieħor.

Fil-Lussemburgu ttieħdet ukoll id-deċiżjoni li l-ogħla kampjonat fil-pajjiż għal staġun ieħor jintlagħab biż-żewġ timijiet li jiġu promossi u li fl-aħħar tal-istaġun jiġu relegati erba’ timijiet flok tnejn.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar