Local Sports
Il-KOM u l-Assoċjazzjoni tal-Logħob għal Commonwealth se jilqgħu l-Queen’s Baton f’Malta fil-11 ta’ Ottubru

Il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Assoċjazzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth, mistennija jilqgħu l-Queen’s Baton f’Malta fil-11 ta’ Ottubru li ġej.

Il-Queen’s Baton Relay hija tradizzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth li tiċċelebra, tgħaqqad u tispira komunitajiet minn madwar il-Commonwealth fix-xhur ta’ qabel il-bidu tal-Logħob.

L-edizzjoni li jmiss tal-Logħob tal-Commonwealth Games se jsiru s-sena d-dieħla f’Birmingham u jibdew fit-28 ta’ Lulju u jintemmu fit-8 ta’ Awwissu.

Ir-Relay jibda fis-7 ta ‘Ottubru 2021 fil-Palazz ta’ Buckingham, fejn il-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II se tpoġġi l-messaġġ tagħha lill-Commonwealth fil-Baton.

Il-Baton imbagħad jieħu vjaġġ inkredibbli ta’ 294 jum u żżur 72 pajjiż.

Il-Logħob tal-Commonwealth ta’ Birmingham tas-sena d-dieħla se jara 4,500 atleta minn 72 nazzjon u territorju li se jieħdu sehem fi 11-il jum ta’ sport spettakolari.

Miktub minn...
TVM Sport