Futbol internazzjonali
Il-Kompetizzjoni e-Euro is-sibt u l-Ħadd fuq tvm.com.mt/sport

Is-Sibt u l-Ħadd fuq il-mezzi diġitali ta’ TVMSport se nkunu qed inwasslulkom il-fażi finali tal-kompetizzjoni e-Euro: l-ewwel tournament tal-e-football għat-timijiet nazzjonali li qatt sar fuq skala Ewropeja.

Fil-kompetizzjoni ħadu sehem il-ħamsa u ħamsin assoċjazzjoni membru tal-UEFA li minnhom wara proċess ta’ selezzjoni li beda s-sena l-oħra, sittax-il team għaddew għall-fażi finali: l-Awstrija, il-Bożnja-Herzegovina, il-Kroazja, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, Iżrael, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Montenegro, l-Olanda, ir-Rumanija, is-Serbja, Spanja, u t-Turkija.

It-timijiet finalisti huma maqsuma f’erba’ gruppi, bi tnejn minn kull grupp jgħaddu għall-kwartifinali. Il-logħob jibda kmieni s-Sibt wara nofsinhar u jibqa’ għaddej sal-11 ta’ filgħaxija: bil-Grand Finals skedati għall-Ħadd mis-18:30 ‘il quddiem. It-team rebbieħ jieħu premju ta’ 40,000 ewro.

Il-partiti jistgħu jiġu segwiti fuq tvm.com.mt/sport kif ukoll fuq il-facebook page ta’ TVMSport.il-

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar, f’Nyon, fl-Iżvizzera, ittellgħu l-poloz tal-UEFA Europa League mill-kwartit tal-finali ’l quddiem. Wolfsburg jilagħbu kontra Shakhtar Donetsk u r-rebbieħ bejn dawn jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Eintracht Frankfurt u…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar, f’Lyon, l-Iżvizzera, ittellgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali u s-semfinali tal-UEFA Champions League. It-12-il tim li fadal fil-kompetizzjoni, issa jistgħu jippjanaw aħjar it-triq tagħhom sal-finali li se tintlagħab il-Ħadd…

Futbol internazzjonali

Athletic Bilbao 1   Sevilla 2 Sevilla laħqu lil Atlético Madrid fil-klassifika meta marru għand Athletic Bilbao u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1. Din kienet it-tielet rebħa infila għal Sevilla, filwaqt li…

Futbol internazzjonali

Verona 2   Inter 2 Inter kienu miżmuma draw minn Verona u issa niżu fir-raba’ post tal-klassifika meta jinsabu punt taħt Atalanta. Verona fetħu l-iskor kmieni fil-logħba, wara biss żewġ minuti,…

Aktar