Futbol lokali
Il-konfront dirett jintemm fi draw

GFA Gozo Football League tal-ewwel diviżjoni, draw ta’ erba’ gowls fil-konfront dirett u fl-aktar logħba mistennija fi tmiem il-ġimgħa bejn Nadur Youngsters u Victoria Hotspurs, bejn iċ-champion u l-leaders tal-futbol Għawdxi.

Victoria Hotspurs kienu ferm aħjar mill-avversarji u fetħu l-iskor fit-tieni minuta permezz ta’ konklużjoni bir-ras mill-viċin ta’ Henrique Maciel, u fis-26 minuta Christian Mercieca irdoppja b’konklużjoni fil-baxx wara li kien żmarkat fil-kaxxa. Nadur irkupraw mill-bidu diffiċli lejn tmiem l-ewwel taqsima u naqqsu d-distakk fil-41 minuta peremzz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Daniel Mateo Bustos. Nadur ħarġu aktar agressivi fit tieni taqsima iżda fit-53 minuta spiċċaw jilgħabui bi plejer anqas wara li tkeċċa Luke Tabone għat-tieni karta safra. Madankollu, Nadur ġabu l-gowl tad-draw fl-64 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ Shaun Attard li ma ta l-ebda opportunità lill-gowlkeeper isalva.

Referee tal-partita kien Malcolm Spiteri.

Kerċem Ajax tilfu opportunità li jikbsu l-ewwel rebħa fil-kampjonat iżda rregistraw ir-raba’ draw fil-logħba kontra Munxar Falcons. Il-logħba għal ħafna mill-ħin kienet bilanċjata minkejja li Kerċem dehru aktar motivati sabiex jiksbu r-rebħa. Kerċem fetħu l-iskor fit-73 minuta meta r-referee Dorian Caruana ordna penalty għal hands ta’ Gabriel Muscat minn azzjoni ta’ korner u Felipe Augusto De Oliviera għeleb lil gowlkeeper bix-xutt mill ħdax-il metru. Kerċem kellhom lil Nathaniel Mercieca li safa mkeċċi fis-86 minuta wara li ġie muri t-tieni karta safra u fl-aħħar ħinijiet Munxar żiedu l-isforzi tagħhom u kisbu l-gowl ta’ draw fil-ħames minuta ta’ ħin miżjud mir-referee permezz tas-sostitut Steve Dimech li ħa rebawnd mill-gowlkeeper li kien laqa bla ma żamm tentativ tad-debutant Adebayo Ademilua.

Referee tal-partita kien Dorian Caruana.

B’dawn ir-riżultati fil-klassifika meta kull tim lagħab tmien partiti, Victoria Hotspurs jinsabu fl-ewwel post b’dsatax-il punt, Nadur Youngsters sbatax, Xewkija Tigers sittax, Għarb Rangers għaxra, Għajnsielem disgħa, Munxar Falcons tmienja, SK Victoria Wanderers sitta u fl-aħħar post Kerċem Ajax b’erbgħa punti.

Miktub minn...
av
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC. Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad…

Futbol lokali

Brandon Cassar, Nickolas Paris u Mattia Calleja huma tliet plejers li jiffurmaw parti mill-iskwadra ta’ taħt it-13-il sena ta’ Fgura United F.C. u li għadhom kif esperjenzaw erbat ijiem taħriġ fi Siena, fl-akkademja…

Futbol lokali

Giovanni Tedesco, l-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans FC, mil-lum sar kowċ ta’ Gżira United FC. Tedesco ffirma kuntratt ta’ tliet snin li se jorbtu mal-klabb tal-Maroons sal-istaġun 2021/2022. Fi stqarrija…

Futbol lokali

Il-Gozo Football Association temmet uffiċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment anwali tal-GFA Awards 2018 / 2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin…

Aktar