Futbol internazzjonali
Il-Kontinġent Malti kostrett jagħmel ‘swab test’ ieħor f’lukanda f’Barċelona qabel it-titjira lejn il-Latvja

It-Tim Nazzjonali Malti tal-football bħalissa jinsab f’lukanda f’Barċelona hekk kif kellu jantiċipa t-tluq tiegħu minn Andorra kmieni l-Ħadd filgħodu sabiex isir ‘swab test’ ieħor li ma kienx ippjanat qabel it-tluq permezz ta’ titjira lejn Riga l-Latvja.

Il-pjan oriġinali kien li t-tim Malti flimkien mal-kontinġent kollu iħalli Andorra fi triqtu lejn Barċelona wara nofsinhar iżda l-MFA permezz ta’ komunikat fuq il-website tagħha qalet li l-kumpanija li tieħu ħsieb il-loġistika tat-testijiet tal-COVID-19 tal-UNL f’isem il-UEFA talbet lill-Maltin sabiex jantiċipaw it-tluq tagħhom minn Andorra speċifikament biex isiru ‘swab tests’ lill-kulħadd f’lukanda f’Barċelona u dan minħabba ż-żieda fil-każijiet ta’ COVID-19 li żdiedu ferm fi tmiem il-ġimgħa fi Spanja.

L-MFA qalet li dan se jkun it-tielet ‘swab test’ fuq il-plajers u l-istaff f’temp ta’ 11 -il ġurnata.

Il-kontinġent Malti mistenni jaqbad it-titjira ‘Charter’ iktar tard illejla lejn Riga fejn nhar it-Tlieta l-Maltin jilagħbu logħba oħra din id-darba kontra l-Latvja f’logħba minn League D Grupp 1 tal-UEFA Nations League. Il-bieraħ il-Maltin ġew fi draw ta’ 0-0 kontra Andorra.

Erġa’ ara l-logħba:

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.