Olimpijadi TOKYO 2020
Il-Kontinġent Malti kważi wasal kollu kemm hu f’Tokjo

Il-kontinġent Malti li ser jieħu sehem fl-Olimpjadi beda jasal f’Tokjo hekk kif ir-regolamenti tal-Covid-19 jistipulaw li l-atleti jaslu mhux aktar minn ħamest ijiem qabel il-kompetizzjoni tagħhom. Malli jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-Olimpjadi, l-atleti jridu jitilqu sa mhux aktar tard minn jumejn.

Il-plejer tal-badminton Matthew Abela kien l-ewwel wieħed li wasal nhar il-Ħadd li għadda u warajh waslet it-tiratriċi Eleanor Bezzina. Dalgħodu waslu fil-Villaġġ Olimpiku l-għawwiema Andrew Chetcuti u Sasha Gatt flimkien mal-kowċ tagħhom Artem Goncharenko. Yazmin Zammit Stevens (Weightlifting) u Carla Scicluna (Atletika) għandhom jaslu Tokjo sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa.

L-atleti Maltin Eleanor Bezzina u Andrew Chetcuti ser iġorru l-bandiera ta’ Malta fiċ-ċerimonja tal-ftuħ li ser issir nhar il-Ġimgħa, hekk kif kienu magħżula aktar kmieni f’Lulju mill-Kumitat Olimpiku Malti. Iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ mistennija ssir fit-20:00 fl-Istadium Olimpiku ta’ Tokjo.

L-iskeda tentattiva għall-kompetizzjonijiet hija kif ġej:

Il-Ħadd 25 ta’ Lulju

Badminton

1240hrs – Singles MatthewAbela vs Shi Yu Q (CHN)

Sparar 

0900hrs – 10m Air Pistol (Kwalifikazzjoni) Eleanor Bezzina

Għawm

2039hrs – 400m Heats Sasha Gatt

 

It-Tnejn 26 ta’ Lulju

Għawm

2032hrs – 1500m Heats Sasha Gatt

 

It-Tlieta 27 ta’ Lulju

Weightlifting

1150hrs – 64kgs Yazmin Zammit Stevens

Għawm

1900hrs – 100m heats Andrew Chetcuti

 

Il-Ħamis 29 ta’ Lulju

Sparar

0900hrs – 25m Pistola (Kwalifikazzjoni) Eleanor Bezzina

 

Il-Ġimgħa 30 ta’ Lulju

Atletika

0900hrs – 100m Heats Carla Scicluna

 

Ix-Chef de Mission Dr Lucienne Attard spjegat li għalkemm il-miżuri stretti fis-seħħ illimitaw l-interazzjoni bejn l-atleti dan ma naqqasx l-antiċipazzjoni ġenerali tal-kompetizzjoni u l-ispirtu fost il-kontinġent Malti huwa għoli.

Il-ħinijiet msemmija huma ħinijiet ta’ Tokjo, għaldaqstant iridu jitnaqqsu 7 sigħat minnhom għall-ħin ta’ Malta.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA