Futbol lokali
Il-kontinġent Malti lura f’pajjiżna kmieni dalgħodu fit-3.15am

It tim nazzjonali Malti daħal lura f’pajjizna kmieni dalgħodu fit-3.15am.

It tim nazzjonali wasal lura f’titijira diretta minn Rijeka wara l-partita tal-bieraħ filgħaxija kontra l-Kroazja li tilef bi skor ta’ 3-0.

F’dawn l-ewwel tliet partiti ta’ Gruypp H ta’ Kwalifikazzjoni għat Tazza tad-Dinja 2022, Malta akkwistat punt wieħed wara d-draw fit-tieni logħba ta’ 2-2 kontra s-Slovakkja.

Malta tilfet l-ewwel partita f’Ta Qali kontra r-Russja bi skor ta’ 3-1.

Malta jmissha tilgħab fl-1 ta’ Settembru li ġej fl-Istadium Nazzjonali kontra Ċipru.

Miktub minn...
TVM Sport