Futbol internazzjonali
Il-Korea t’Isfel u ta’ Fuq b’interess konġunt biex jospitaw it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023

Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA tas-sena 2023. Konfermat l-interess miż-żewġ Federazzjonijiet tal-Football Koreani sabiex jospitaw flimkien din l-edizzjoni. Dan kien konfermat mil-FIFA hekk kif b’kollox kien hemm disa’ pajjiżi li urew l-interess li jidħlu għall-organizazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni prestiġjuża. Dan l-interess qed jitqies bħala mossa oħra politika bejn iż-żewġ pajjiżi li qed jużaw l-Isport biex juru li d-differenzi tal-passat jistgħu jingħelbu permezz ta’ kollaborazzjoni sportiva.

Apparti l-interess konġunt tal-Korea ta’ fuq u t’Isfel, kien hemm ukoll l-interess mill-Federazzjonijiet tal-Football tal-Argentina, l-Awstralja, l-Bolivia, l-Brazil, l-Kolombja, l-Ġappun, New Zealand u l-Afrika t’Isfel. Il-proposti formali inkuż id-dettalji ta’ loġistika u l-element finanzjarju iridu jaslu għand il-FIFA issa tat-18 ta’ April.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Gianluigi Buffon, l-ex goalkeeper ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan, fil-jiem li ġejjin jista’ jirritorna f’daru, maċ-champions Taljani. Din l-aħbar ikkonfermaha SIlvano Martina, l-aġent ta’ Buffon li mal-istazzjonijiet Taljani ta’…

Futbol internazzjonali

Il-midfielder Spanjol ta’ Manchester City David Silva qal li se jkun qed iħalli liċ-Champions Ingliżi fl-aħħar tal-istaġun li ġej. Mistoqsi direttament mill-ġurnalisti Ingliżi jekk hux se jkun qed ikompli jilgħab…

Futbol internazzjonali

Kulħadd jaf li l-Urugwajan Luis Suarez jitqatel waqt logħba futbol. Jagħmel minn kollox biex jiskurja, u jekk kemm-il darba ma jirnexxilux isib ix-xibka, jipprova kull tip ta’ manuvra sabiex b’xi…

Futbol internazzjonali

Italja 2  Ċina 0 Gowl f’kull taqsima kienu d-differenza bejn l-Italja u ċ-Ċina, b’tal-ewwel jgħaddu għall-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa. L-Italja fil-vantaġġ wara kwarta meta Giacinti fetħet l-iskor, u Galli rduppjat…

Aktar