X

Il-Kowċ Nazzjonali Ray Farrugia jappella għall-għaqda fost il-Maltin

Il-Kowċ tat-team Nazzjonali Malti Ray Farrugia jemmen li jekk it-team jirnexxielu jirrepeti affarijiet pożittivi li l-players għamlu fil-logħba kontra l-Gżejjer Faroe it-team jista’ jikseb riżultat pożittiv kontra l-Ażerbajġan it-Tnejn filgħaxija f’Ta’ Qali.

Lejliet it-tieni logħba minn UNL Grupp D3 Farrugia ma qagħdx lura milli jistqarr li hu dispjaċut ħafna u rrabjat bir-riżultat kontra l-Gżejjer Faroe u ametta li jekk it-team irid riżultat aħjar kontra l-Ażeri ma jistgħux ikunu ripetuti żbalji bħal dawk. Skond hu fost l-affarijiet pożittivi li ra fil-logħba tal-Ġimgħa filgħaxija kien il-fatt li t-team attakka ħafna.

Viżibilment irrabjat Ray Farrugia ma qadx lura milli jikkumbatti l-kritika li saret fil-konfront tat-team u tal-MFA, u żied li jaf li kien hemm individwi li kienu qed jistennew din it-telfa biex jikkritikaw.

Meta mistoqsi minn TVM Sport sabiex jiddentifika u jsemmu minn huma dawn l-indiviwdi Farrugia pprefera ma’ jsemmi l-ħadd.

Wara li kkalma l-kowċ tkellem mal-mikrofonu ta’ TVM Sport dwar kif misetnni jilgħab kontra l-Ażerbajġan.

Fil-Konferenza Stampa tkellem ukoll Andre’ Schembri li qal li jemmen li qatt bħal dan iż-żmien m’hu qed jieħu pjaċir jilgħab man-Nazzjonal. Hu tenna li jinsab pożittiv li Malta tista’ tirbaħ din il-logħba.

Malta – Ażerbajġan tintlgħab it-Tnejn fid-8.45pm fl-Istadium Nazzjonali b’xandira diretta fuq TVM2