Il-Kroat Dražen Besek viċin li jinħatar kowċ ta’ Birkirkara

Skond l-aħħar tagħrif li għandu TVM Sport, jidher li l-għażla ta’ Birkirkara waqgħet fuq coach Kroat: Dražen Besek: ex-player ta’ Dinamo Zagreb f’dik li kienet l-ogħla diviżjoni Jugoslava, ta’ Midtjylland fid-Danimarka, u ta’ Casino Salzburg illum Red Bull Salzburg fl-Awstrija, fost timijiet Ewropej oħra.

Bħala coach mexxa lit-team Kroat li beda l-karriera ta’ player miegħu: Varteks: qabel avventuri ma’ Dinamo Zagreb, kif ukoll fil-Polonja, is-Slovenja, u ċ-Ċina.

Besek għandu 52 sena.

Mar-ritorn tal-Kampjonat BOV Premier f’Jannar, Birkirkara jmisshom jilagħbu l-ewwel ma’ Qormi: qabel St Andrews, Sliema, u Floriana: kif ukoll probabbli l-iktar appuntament importanti ta’ Jannar: il-konfront tar-raba’ round tal-FA Trophy wisq probabbli kontra Valletta jekk dawn jegħlbu lill-Għawdxin ta’ Xewkija qabel.

It-telfa ta’ 4-0 li Birkirkara sofrew kontra Valletta fit-tieni round tal-kamponat dan ix-xahar kienet wieħed mill-fatturi għat-tluq qabel iż-żmien ta’ Tedesco mit-tmun tat-team Karkariż.

Għall-aħħar żewġ logħbiet tal-kampjonat, li t-tnejn rebħu, Birkirkara kellhom imexxihom lill-assistent coach ta’ Tedesco, Josef Mansueto, imma jidher li hemm kunsens bejn club u l-coach li l-ħatra tiegħu hija biss temporanja sakemm jinstab coach ieħor: bil-preferenza mill-ewwel dehret li jkun barrani.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Futbol lokali

Futbol lokali: Dexter Xuereb huwa r-rebbieħ tal-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020. Xuereb beda l-istaġun ma’ Mosta FC u lejn l-aħħar ta’ Jannar ingħaqad ma’ Gżira United. Anthony Scicluna…

Futbol lokali

MALTA MINI-FOOTBALL LEAGUE 2019/20 White Eagles komplew bil-mixja pożittiva tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun meta rreġistraw is-seba’ rebħa konsekuttiva tal-Malta Mini-Football League li qed isir fil-grawnd tal-Marsa. Min-naħa l-oħra r-rivali tagħhom…

Aktar