Il-Kroat Nikola Jaros kowċ ġdid ta’ Birkirkara.. Dražen Besek isir is-seba’ kowċ tal-Premier li jinbidel

RAPPORT – Rodney Vassallo

Il-Kroat Nikola Jaros maħtur uffiċjalment bħala kowċ ġdid ta’ Birkirkara wara t-tneħħija ta’ Dražen Besek.

Sal-bieraħ Jaros kien l-assistant kowċ tat-team iżda wara serje ta’ laqgħat li huwa kellu mad-diriġenza tal-klabb immexxija mill-President l-Avukat Adrian Delia, l-istess Kroat Jaros aċċetta li jkun is-suċċessur ta’ sieħbu stess, Dražen Besek.

Nikola Jaros ingħata kuntratt ġdid ta’ sena u nofs u promoss bħala kowċ ġdid ta’ Birkirkara.

Id-deċiżjoni li Dražen Besek jitneħħa minn kowċ ta’ Birkirkara ttieħdet wara serje ta’ wirjiet xejn konvincenti u riżulati negattivi specjalment fl-aħħar ġimgħa li fiha Birkirkara sfaw eliminati mill-FA Trophy wara telfa ta’ 3-0 minn St.Andrews, segwita minn telfa ta’ 2-0 fil-Kampjonat kontra Ħamrun Spartans.

Dražen Besek sar b’hekk is-seba’ kowċ tal-Kampjonat Premier li tilef l-impjieg tiegħu mill-bidu tal-istaġun lil hawn.

Aktar minn nofs il-klabbs tal-Premier bidlu l-kowċ meta lanqas għadna skorrejna nofs il-Kampjonat.

Qabel Birkirkara, Mosta ħatru lil Jojo Bajada minflok Edmond Lufi, St.Andrews neħħew lil Jose Borg biex minfloku ħatru lil Danilo Doncic, Gżira United neħħew lil Branko Nisevic u floku ħatru lil Darren Abdilla, Artim Shaqiri ħa post Winston Muscat ma’ Pembroke Athleta, Jesmond Zerafa ħa post Jacques Scerri ma’ Tarxien Rainbows u Jonathan Holland sar is-suċċessur ta’ Steve D’Amato fit-tmexxija teknika ta’ Ħamrun Spartans.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Futbol lokali

Futbol lokali: Dexter Xuereb huwa r-rebbieħ tal-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Jannar 2020. Xuereb beda l-istaġun ma’ Mosta FC u lejn l-aħħar ta’ Jannar ingħaqad ma’ Gżira United. Anthony Scicluna…

Futbol lokali

MALTA MINI-FOOTBALL LEAGUE 2019/20 White Eagles komplew bil-mixja pożittiva tagħhom sa mill-bidu tal-istaġun meta rreġistraw is-seba’ rebħa konsekuttiva tal-Malta Mini-Football League li qed isir fil-grawnd tal-Marsa. Min-naħa l-oħra r-rivali tagħhom…

Aktar