International Sports
Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jiftaħ kwartieri ġodda, f’Lausanne, fl-Iżvizzera

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fetaħ kwartieri ġodda f’Lausanne, l-Iżvizzera.

Dan il-bini majestuż ġie jiswa madwar 140 miljun ewro u hu meqjus bħala wieħed mill-aktar binjiet moderni u sofistikati li hawn fid-dinja.

Il-bini, li ngħata l-isem ta’ Olimpic House, se jkun il-kwartieri ċentrali tal-amministrazzjoni tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Fih jinkludi l-mużew Olimpiku u l-Olympic Studies Centre li se jkunu jistgħu jżurhom kuljum il-pubbliku.

L-Olympic House ilu jinbena mill-2016 u l-pjanti tiegħu kienu nħarġu fl-2012.

Thomas Bach, il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, qal li dan il-bini jirrapreżenta s-sostenibbiltàu l-effiċjenza fit-tmexxija tiegħu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar