Sports Internazzjonali
Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jikteb uffiċjalment lill-CONI u jfakkru fl-awtonomija assoluta

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mmexxi mill-President Thomas Bach irreġistra tilwima mal-CONI l-Kumitat Olimpiku taljan hekk kif il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed jinsisti li l-CONI jindirizza flimkien mal-Gvern taljan is-sitt punti li qed jiġu diskussi fir-riforma tal-liġi tas-Saħħa u l-Isport fil-Parlament taljan.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ħeġġeġ lill-President tal-CONI Giovanni Malago’ biex iwassal il-messaġġ lill-politiċi taljani dwar l-importanza li kull Kumitat Olimpiku irid ikun totalment awtonomu mill-Gvern tal-pajjiż. Ir-riformi proposti mill-Gvern taljan jinkludu fost oħrajn proposta li l-CONi ikun biss responsabbli għall-preparazzjoni teknika tal-atleti għall-Olimpijadi.

Il-media taljana qed tirraporta li jekk ir-riformi jgħaddu kif proposti mill-Parlament taljan, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ikun lest li jissospendi temporanjament lill-CONI xi ħaġa li qe tinkwieta ferm lill-atleti taljani lejliet l-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula Wieħed, il-Finlandiż Kimi Raikkonen bil-karozza Alfa Romeo C39 fuq quddiem bl-aħjar ħin fit-tieni jum ta’ testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barcelona bl-aktar dawra veloċi f’minuta, sbatax punt żero disgħa wieħed…

Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Olimpijadi TOKYO 2020

‘United by Emotion’ hu l-motto il-ġdid tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi għal Tokjo 2020. Dan il-motto ġie żvelat f’ċerimonja li saret dalgħodu. L-għan tal-organizzaturi hu dak li jippruvaw iwasslu messaġġ ta’ diversità…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Aktar