Sports Internazzjonali
Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jrid aktar diskussjonijiet mal-FIFA dwar it-Tazza tad-Dinja

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jrid aktar diskussjonijiet dwar il-pjani kontroversjali tal-FIFA fuq il-possibbiltà ta’ Tazza tad-Dinja kull sentejn flok f’kull erba’ snin.

Il-proposti tal-FIFA se jkunu qed jivvutaw għalihom il-211 il-Assoċjazzjoni Membru f’Diċembru li ġej bil-President Ġianni Infantino li qed idur id-dinja biex ifittex l-appoġġ għal dan il-pjan.

Din il-proposta qed tkun imbuttata ħafna minn Arsene Wenger li llum jaħdem fl-uffiċju ta’ Infantino fil-FIFA.

Infantino huwa wkoll membru tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Il-proposta sabet kritika ħarxa minn numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja, kif ukoll minn diversi federazzjonijiet, plejers u anki partitarji.

Il-UEFA qalet li għad trid tistudja din il-possibbiltà wkoll għax għadha mhux konvinta minn dan il-proġett ta’ Tazza tad-Dinja kull sentejn.

Miktub minn...
TVM Sport