Sport Lokali
Il-Kumitat Olimpiku Malti iħabbar it-tnedija tal-Youth Athlete Support Scheme

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar it-tnedija tal-Youth Athlete Support Scheme.

It-tnedija tal-Iskema tal-Atleti Żgħażagħ se tara 47 atleta, li jirrappreżentaw erbatax-il dixxiplina sportiva differenti, jibbenefikaw minn finanzjament li mhux biss se jikkontribwixxi lejn parteċipazzjoni f’kompetizzjoni internazzjonali – fejn possibbli, iżda wkoll għall-użu ta ‘ servizzi professjonali li jinkludu Fiżjoterapija, Nutrizzjoni, Psikoloġija tal-Isport u ttestjar fil-Laboratorju ta’ Dijanjostika Funzjonali tal-Kumitat Olimpiku Malti.

L-Iskema rat format differenti introdott din is-sena.

L-atleti tqiegħdu f’kategoriji differenti – it-tqegħid kien skond ir-riżultati tagħhom, il-klassifikazzjoni, il-kapaċita u l-potenzjal futur.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Tadej Pogacar huwa r-rebbieħ tal-107 edizzjoni tat-Tour De France li ntemmet illum. Minkejja li ma spiċċax mal-ewwel postijiet, Pogacar kellu sekondi vantaġġ biżżejjed biex baqa jżomm l-ewwel post tal-klassifika overall….

Ċikliżmu: Tour de France, Illum saret it-tappa ta’ qabel tal-aħħar li kienet time trial individwali fuq distanza ta’ 36 kilometru li saret f’La Planche des Belles Filles. Ir-rebbieħ ta’ din…

L-Uffiċjali l-ġodda tal-Malta Handball Association kellhom żjara ta’ kortesija għand is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Clifton Grima. Waqt din il-laqgħa l-President il-ġdid tal-MHA Paul Zammit tkellem dwar il-proġett tal-kumpless il-ġdid f’Santa…

Aktar