Local Sports
Il-Kumitat Olimpiku Malti jniedi l-Youth Developement Scheme

Il-Kumitat Olimpiku Malti nieda tal-Youth Developement Scheme.

Magħrufa fil-passat bħala l-Youth Elite Scheme, l-iskema ġiet riveduta iżda tkompli tibni fuq dik preċedenti u issa tinkludi sitt kategoriji għal atleti mwielda bejn l-2004 u l-2009 kif ukoll kategorija għal atleti li għandhom il-fuq min 18 il-sena.

Minbarra kumpens finanzjarju, l-atleti se jibbenefikaw ukoll minn numru ta’ servizzi bħal użu tal-Laboratorju, Psikologu tal-Isport, espert tan-nutrizzjoni sportiv, kowċing u servizzi oħra approvati li jistgħu jkunu meħtieġa minn żmien għal żmien.

Il-kriterji tal-għażla kienu bbażati fuq il-livell ta’ prestazzjoni ta’ kull atleta nominat u li għalih ittieħed akkont tal-kowċ tal-atleta u l-federazzjoni affiljata.

Il-Federazzjonijiet u l-Assoċjazzjoni kollha affiljati mal-Kumitat Olimpiku Malti ġew mistiedna jissottomettu nnominazzjonijiet tagħhom.

In-nominazzjonijiet kollha rċevuti ġew eżaminati bir-reqqa minn Kumitat tal-għażla mwaqqaf mill-KOM. Il-kowċis kienu meħtieġa jimlew il-valutazzjonijiet tagħhom.

Minbarra li għandu proċess ta’ għażla bbażat fuq kriterji tekniċi u l-prestazzjoni, ir-riżultati proġettati tal-Youth Development Scheme huma tlieta – Investiment fl-iżvilupp olistiku ta’ l-atleta, twaqqif ta’ pjan ta’ żvilupp kontinwu u bini ta’ tim wieħed u unit għal Malta.

It-tqegħid tal-atleti f’waħda mis-sitt kategoriji kien ibbażat fuq il-prestazzjoni proġettata tagħhom.

Il-kategoriji huma dawn:

Kategorija I: Kampjonati Dinjija /Logħob Olimpiku – 4 atleti
Kategorija II: Kampjonati Kontinentali / Global Youth Games – 12-il atleta
Kategorija III: Midalji fil-GSSE – 20 atleta
Kategorija IV: Champion Malti – 35 atleta
Kategorija V: Youth Development Pool – 30 atleta
Kategorija Intermediate +18: – 7 atleti

L- atleti magħżula se jgħaddu minn evalwazzjoni u ‘mentoring’ regolari biex jiżguraw li jiksbu l-gwida u appoġġ kif suppost.

Miktub minn...
TVM Sport