Olimpijadi TOKYO 2020
Il-Kumitat Olimpiku Russu se jappoġġja lir-RUSADA

Żvolta interessanti fil-kwistjoni tas-sospensjoni tar-Russja mill-Olimpijadi ta’ Tokyo tas-sena d-dieħla. Il-Kumitat Olimpiku tar-Russja ħa deċiżjoni li jappoġġja lir-RUSADA: l-aġenzija ta’ kontra d-doping fir-Russja fl-appell tagħhom kontra d-deċiżjoni ta’ sospensjoni imposta mill-WADA il-World Anti-Doping Agency. Iċ-Chairman tal-Kumitat Olimpiku Russu Stanislav Pozdnyakov qal li l-atleti Russi għandhom jitħallew jikkompetu fl-Olimpijadi ta’ Tokyo taħt il-bandiera Russa. Hu żied jgħid li d-deċiżjoni tas-sospensjoni mhux se tgħin biex titjieb l-immaġini tar-RUSADA. Iktar kmieni dan ix-xahar il-WADA kienet ħabbret uffiċjalment is-sospensjoni tar-Russja mil-Logħob Olimpiku fejn imponiet ukoll li ma jindaqq qatt l-innu Russu waqt l-Olimpijadi anke jekk tintrebaħ midalja tad-deheb minn atleta Russu li se jkun qed jikkompeti taħt bandiera newtrali.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Il-canoer Arġentin Sebastian Rossi kellu jsib mezz ġdid ta’ taħriġ f’nofs il-pandemija tal-Covid-19. Rossi, ta’ 28 sena, qiegħed jitħarreġ fil-pool tal-maħbuba tiegħu b’sistema differenti minn tas-soltu. Fejn qabel kien imur…

Olimpijadi TOKYO 2020

Jekk l-Olimpjadi ta’ Tokjo ma jsirux is-sena d-dieħla se jkunu kkanċellati għal kollox. Dan qalu l-kap ta’ dawn il-Logħob Yoshiro Mori. L-Olimpjadi ta’ Tokjo kellhom isiru fis-sajf li ġej iżda…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA qiegħda tikkunsidra tgħolli l-età tal-plejers li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla. Fil-preżent, fl-Olimpjadi, it-timijiet nazzjonali tal-futbol jistgħu jilagħbu plejers sal-età ta’ 23 sena iżda l-possibbiltà hi li…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-olimpiku Will Claye għadu kif nieda video fuq YouTube bil-kanzunetta “Dreams Don’t Die.” L-idea żviluppat wara l-posponiment tal-Olimpjadi għas-sena d-dieħla. L-atleta Claye, li rebaħ midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Rio fit-triple…

Aktar