Olimpijadi TOKYO 2020
Il-Kumitat Olimpiku ta’ Trinidad & Tobago jinagħta spinta finanzjarja mill-Gvern

Il-Ministeru tal-isport u żvillup tal-kommunita’ qabel li jipprovdi lill-Kumitat Olimpiku ta’ Trinidad and Tobago b’€337,715 bħala sapport għat-tim li se jkun qed jieħu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokyo 2020.

Il-Ministru tal-Isport Shamfa Cudjoe qalet li dan il-finanzjament se jgħin lil atleti fil-preparazzjonijiet għal Tokyo, u kien parti minn pjan tal-pajjiż bil-għan li joħorġu mill-pandemija flimkien.

Cudjoe sostniet li man-niżla fir-rati tal-COVID, u li tara lil atleti jibqgħu ottimisti f’mument daqshekk ħazin hi ħaġa sabiħa. B’ hekk qalet li tinsab kuntenta li tagħmel parti minn din il-fratellanza sportiva, u li tara s-saħħa u reżiljenża tal-atleti jkunu mħarsa.

Miktub minn...
TVM Sport
.