Sports Internazzjonali
Il-Kumitat Olimpiku tal-Brażil jibgħat l-atelti tiegħu fil-Portugal biex ikomplu jittrenjaw għall-Olimpijadi

Il-Kumitat Olimpiku tal-Brażil iddeċida li minħabba s-sitwazzjoni xejn feliċi fil-pajjiż minħabba l-COVID-19 se jkunu qed jitolbu lill-ammont ta’ atleti Brażiljani sabiex dawn imorru l-Portugal biex ikomplu t-taħriġ tagħhom għall-Olimpijadi tas-sena d-dieħla li se jsiru f’Tokjo l-Ġappun.

Il-Kumitat Olimpiku tal-Brażil għażel il-Portugal mhux biss biex jgħin lill-atleti minħabba l-lingwa iżda għaliex il-Portugal kien wieħed mill-pajjiżi li għaraf jikontrolla sew il-pandemija. L-ewwel atleti li se jkunu qed jintbgħatu l-Portugal fuq bażi obbligatorja huma dawk li ġejjien mid-dixxiplini sportivi tal-Boxing, il-Ġinnastika, l-Judo, l-Għawm Sinkronizzat u l-għawwiema tal-long u x-short distance.

Il-Kumitat Olimpiku Brażiljan irringrazzja lill-Gvern Portugiż tal-koperazzjoni u qal li l-atelti tiegħu għandhom jibqgħu fil-Portugal sal-aħħar ta’ Diċembru ta’ din is-sena qabel ma jirritornaw il-Brażil bit-tama li sitwazzjoni f’pajjiżhom taqleb għall-aħjar.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.