Olimpijadi TOKYO 2020
Il-kumpanija Ralph Lauren tiżvela l-uniformi li l-Amerikani se jużaw fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi ta’ Tokjo

Il-kumpanija Ralph Lauren żvelat l-uniformi li l-Amerikani ser jużaw fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi ta’ Tokjo tas-sajf li ġej.

Skont il-Kap tal-Innovazzjoni David Lauren, il-ħsieb dwar din l-uniformi kien li tintwera r-reżiljenza tal-ispirtu tal-bniedem, u s-saħħa universali li għandu l-isport biex jgħaqqad lid-dinja.

Ralph Lauren ilu jipprovdi l-uniformijiet lill-atleti Amerikani għall-Olimpjadi sa mill-2008.

Miktub minn...
TVM Sport