Local Sports
Il-kumpless sportiv tal-kulleġġ San Alwiġi se jiġi rinnovat, immodernizzat u mkabbar

Il-Kulleġġ San Alwiġi u Vassallo Group, permezz tal-kumpanija sussidjarja ta’ edukazzjoni taħriġ, Learning Works Limited, laħqu ftehim li se jwassal biex il-Kumpless Sportiv tal-Kulleġġ San Alwiġi jiġi rrinnovat, immodernizzat u mkabbar.

Il-kumpanija Learning Works se tibni u topera kulleġġ privat tal-isport, imsejjaħ Mediterranean College of Sport (MCS), li fost oħrajn se jinkludi grawnd tal-futbol ġdid, pixxina tal-għum, sala tal-ġinnastika, parkeġġ, u ċentru ta’ xjenza sportiva.

Permezz ta’ dan il ftehim, il-faċilitajiet il-ġodda ser jitgawdew kemm mill-istudenti tal-MCS, kif ukoll mill-istudenti ta’ San Alwiġi.

Wara l-ħin tal-iskola, il-kumpless se jkun ukoll miftuħ għall-pubbliku u soċjetajiet sportivi.

Il-ftehim jinkludi wkoll rinnovament estensiv tal-faċilitajiet eżistenti li jiffurmaw parti mill-Kumpless Sportiv tal-Kulleġġ San Alwiġi.

Miktub minn...
TVM Sport